Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0432

    Kawża T-432/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – Palo vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Pensjonijiet – Modalitajiet tal-iskema tal-pensjoni – Allowance għall-firda – Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ premura”)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – Palo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-432/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Pensjonijiet - Modalitajiet tal-iskema tal-pensjoni - Allowance għall-firda - Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura”)

    (2019/C 432/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Peeter Palo (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u D. Milanowska, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance għall-firda prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15, rettifika fil-ĠU 2015, L 175, p. 126), u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab b’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Peeter Palo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


    Top