Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0430

    Kawża T-430/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – American Airlines vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Suq tat-trasport bl-ajru – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE – Impenji – Deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ anterjorità – Żball ta’ liġi – Kunċett ta’ użu xieraq”)

    ĠU C 53, 15.2.2021, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/32


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – American Airlines vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-430/18) (1)

    (“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tat-trasport bl-ajru - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE - Impenji - Deċiżjoni li tagħti drittijiet ta’ anterjorità - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ użu xieraq”)

    (2021/C 53/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent(i): American Airlines Inc. (Fort Worth, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J.-P. Poitras, solicitor, J. Ruiz Calzado u J. Wileur, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant): T. Franchoo, H. Leupold u L. Wildpanner, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Delta Air Lines, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, C. Angeli u I. Giles, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2788 final tat-30 ta’ April 2018 li tagħti drittijiet ta’ anterjorità lil Delta Air Lines (Każ M.6607 – US Airways/American Airlines),.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    American Airlines, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Delta Air Lines, Inc. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


    Top