Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0355

    Kawża T-355/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interess tas – servizz – Proporzjonalità”)

    ĠU C 431, 25.10.2021, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-355/18) (1)

    (“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam tas-saħħa pubblika u tas-sigurtà fl-ikel - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 fost erba’ lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interess tas – servizz - Proporzjonalità”)

    (2021/C 431/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u L. Aguilera Ruiz, aġenti)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Ruiz García, L. Vernier, D. Milanowska, I. Galindo Martín u T. Lilamand, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) (ĠU 2018, C 97 A, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/340/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fl-ikel (verifika, ispezzjoni u evalwazzjoni) u EPSO/AD/341/18, għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva fil-qasam tas-sigurtà fl-ikel (politika u leġiżlazzjoni) huwa annullat.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess minbarra dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja.


    (1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


    Top