This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0280
Case T-280/18: Judgment of the General Court of 6 July 2022 — ABLV Bank v SRB (Economic and monetary union — Banking union — Single resolution mechanism for credit institutions and certain investment firms (SRM) — Resolution procedure applicable where an entity is failing or is likely to fail — Decision of the SRB not to adopt a resolution scheme — Action for annulment — Act adversely affecting a person — Interest in bringing proceedings — Standing to bring proceedings — Inadmissibility in part — Article 18 of Regulation (EU) No 806/2014 — Power of the author of the measure — Right to be heard — Obligation to state reasons — Proportionality — Equal treatment)
Kawża T-280/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – ABLV Bank vs SRB (“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Deċiżjoni tas-SRB li ma tiġix adottata skema ta’ riżoluzzjoni – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Interess ġuridiku – Locus standi – Ammissibbiltà parzjali – Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Kompetenza tal-awtur tal-att – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament”)

ĠU C 340, 5.9.2022, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – ABLV Bank vs SRB
(Kawża T-280/18) (1)
(“Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Deċiżjoni tas-SRB li ma tiġix adottata skema ta’ riżoluzzjoni - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Interess ġuridiku - Locus standi - Ammissibbiltà parzjali - Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 - Kompetenza tal-awtur tal-att - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2022/C 340/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ABLV Bank AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. De Carpentier, E. Muratori u H. Ehlers, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn B. Heenan, solicitor)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: R. Ugena, A. Witte u A. Lefterov, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tat-23 ta’ Frar 2018 li ma tiġix adottata skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ABLV Bank AS u ABLV Bank Luxembourg SA, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
ABLV Bank AS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB). |
3) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |