Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0113

Kawża T-113/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FREE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)

(Kawża T-113/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FREE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 305/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Mellor, QC, G. Parsons u A. Zapalowski, solicitors, sussegwentement J. Mellor, G. Parsons u F. McConnell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2164/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FREE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Miles-Bramwell Executive Services Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


Top