Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0053

    Kawża T-53/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Regolament (UE) Nru 305/2011 — Regolament (UE) Nru 1025/2012 — Prodotti tal-kostruzzjoni — Regoli aromonizzati EN 13341:2005 + A1:2011 u EN 12285-2:2005 — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-53/18) (1)

    (“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (UE) Nru 305/2011 - Regolament (UE) Nru 1025/2012 - Prodotti tal-kostruzzjoni - Regoli aromonizzati EN 13341:2005 + A1:2011 u EN 12285-2:2005 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2019/C 328/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u J. Möller, sussegwentement minn J. Möller, aġenti, assistiti minn M. Winkelmüller, F. van Schewick u M. Kottmann, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u A. Sipos, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1995 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 13341:2005 + A1:2011 dwar tankijiet statiċi termoplastiċi għall-ħażna ’l fuq mill-art ta’ żjut tat-tisħin domestiċi, pitrolju u fjuwils tad-diżil f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 36), u, fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1996 tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar iż-żamma f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tar-referenza tal-istandard armonizzat EN 12285-2:2005 dwar tankijiet tal-azzar maħdumin fil-ħanut tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2017, L 288, p. 39).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 112 du 26.3.2018.


    Top