Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0020

    Kawża T-20/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – CV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Kumitat Mediku – Artikolu 22 – Rifjut ta’ rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun ta’ marda – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 216, 19.6.2023, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 216/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – CV vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-20/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Kumitat Mediku - Artikolu 22 - Rifjut ta’ rikonoxximent tax-xogħol bħala kaġun ta’ marda - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2023/C 216/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CV (rappreżentanti: F. Moyse u L. Heisten, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u L. Vernier, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Marzu 2017 li tiċħad it-talba tiegħu għar-rikonoxximent li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2017 li imponietlu ċerti spejjeż u onorarji tal-membri tal-Kumitat Mediku li ddeċidew fuq din it-talba u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni materjali u morali li huwa kien ġarrab bħala riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


    Top