Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0833

    Kawża C-833/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise de Liège (il-Belġju) fil-31 ta’ Diċembru 2018 – SI, Brompton Bicycle Ltd vs Chedech / Get2Get

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise de Liège (il-Belġju) fil-31 ta’ Diċembru 2018 – SI, Brompton Bicycle Ltd vs Chedech / Get2Get

    (Kawża C-833/18)

    (2019/C 82/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de l’entreprise de Liège

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SI, Brompton Bicycle Ltd

    Konvenuta: Chedech / Get2Get

    Domandi preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1), li tistabbilixxi b’mod partikolari l-varji drittijiet esklużivi rrikonoxxuti lill-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur fl-Artikoli 2 sa 5 tagħha, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mill-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur ix-xogħlijiet li l-forma tagħhom hija neċessarja sabiex jintlaħaq ir-riżultat tekniku?

    Sabiex tiġi evalwata n-natura neċessarja ta’ forma sabiex jintlaħaq ir-riżultat tekniku, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji li ġejjin:

    L-eżistenza ta’ forom oħra possibbli li jippermettu li jintlaħaq l-istess riżultat tekniku?

    L-effettività tal-forma sabiex jintlaħaq l-imsemmi riżultat?

    Ir-rieda tal-allegata persuna li tkun wettqet il-ksur li tilħaq dan ir-riżultat?

    L-eżistenza ta’ privattiva preċedenti, li llum skadiet, fuq il-proċess li jippermetti li jintlaħaq ir-riżultat tekniku mfittex?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


    Top