Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0830

    Kawża C-830/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Landkreis Südliche Weinstraße vs PF et

    ĠU C 131, 8.4.2019, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Landkreis Südliche Weinstraße vs PF et

    (Kawża C-830/18)

    (2019/C 131/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Landkreis Südliche Weinstraße

    Konvenuti: PF et

    Parti oħra fil-proċedura: Vertreter des öffentlichen Interesses

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tillimita l-obbligu ta’ awtoritajiet nazzjonali lokali (distretti amministrattivi) fir-rigward tat-trasport skolastiku lir-residenti tal-Istat federali (Bundesland) għandha effett diskriminatorju indirett, anki jekk ikun stabbilit, abbażi ta’ ċirkustanzi fattwali, li r-rekwiżit ta’ residenza b’mod predominanti jeskludi lir-residenti tal-bqija tat-territorju tal-Istat Membru mill-benefiċċju?

    Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

    2)

    L-organizzazzjoni effettiva tas-sistema skolastika tikkostitwixxi rekwiżit imperattiv ta’ interess pubbliku li jista’ jiġġustifika diskriminazzjoni indiretta?


    (1)  ĠU 2011 L 141, p. 1.


    Top