Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0632

    Kawża C-632/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-10 ta’ Ottubru 2018 – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN)

    ĠU C 4, 7.1.2019, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 4/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-10 ta’ Ottubru 2018 – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN)

    (Kawża C-632/18)

    (2019/C 4/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL

    Konvenut: Institut des Comptes nationaux (ICN)

    Domandi preliminari

    1)

    Il-paragrafi 2.22, 2.23, 2.27, 2.28 u 20.33 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali [fl-Unjoni Ewropea] (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li entità istituzzjonali distinta, imqiegħda taħt il-kontroll ta’ amministrazzjoni pubblika, għandha titqies bħala mhux tas-suq u li taqa’ għaldaqstant taħt is-settur tal- amministrazzjonijiet pubbliċi jekk ikollha l-karatteristiċi ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva, mingħajr ma jkun neċessjarju li jiġi eżaminat il-kriterju tal-espożizzjoni tagħha għar-riskju?

    2)

    Entità li topera taħt il-kontroll ta’ amministrazzjoni pubblika tista’ tiġi kklassifikata bħala istituzzjoni finanzjarja kaptiva, fis-sens tal-paragrafi 2.21 sa 2.23, 2,27 u 2.28 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali:

    a)

    minħabba li r-regolamentazzjoni tal-attività tagħha minn din l-amministrazzjoni pubblika tneħħilha l-kontroll tal-assi tagħha, għalkemm tħallilha l-kapaċità li tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ self ipotekarju li hija toffri, it-tul tiegħu, l-ammont tiegħu u dwar uħud mill-kundizzjonijiet tiegħu, filwaqt li tistabbilixxi elementi oħra u b’mod partikolari r-rata ta’ interessi tiegħu;

    b)

    minħabba li, b’mod partikolari, il-garanzija li tingħata minn din l-amministrazzjoni pubblika għas-self li hija tikkonkludi tneħħilha l-kontroll tal-obbligazzjonijiet tagħha, mingħajr eżami tal-għan u tal-effetti ta’ tali garanzija fid-dawl tal-karatteristiċi tagħha f’dan il-każ u tar-realtà ekonomika sottostanti?


    (1)  ĠU 2013, L 174, p. 1.


    Top