Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0391

    Kawża C-391/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

    ĠU C 268, 30.7.2018, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201807130192004442018/C 268/373912018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180613313111

    Kawża C-391/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

    Top

    C2682018MT3110120180613MT0037311311

    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

    (Kawża C-391/18)

    2018/C 268/37Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mataija u M. Patakia, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

    Talbiet

    tiddikjara li r-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, tat-2 ta’ Awwissu 2011, p. 48, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Kroat: Kapitolu 15. Vol. 28, p. 136) billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-programm nazzjonali tagħha ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv;

    tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom jipprevedi li l-Istati Membri jinnotifikaw il-programm nazzjonali tagħhom ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv kif ukoll il-bidliet sinjifikattivi sussegwenti lill-Kummissjoni, filwaqt li l-Artikolu 15(4) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri jinnotifikaw għall-ewwel darba lill-Kummissjoni l-kontenut tal-programm nazzjonali tagħhom mill-aktar fis possibbli, iżda mhux iktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2015.

    Ir-Repubblika tal-Kroazja mhux dejjem adottat il-programm nazzjonali inkwistjoni fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq. Fi kwalunkwe każ, hija mhux dejjem innotifikatu lill-Kummissjoni. Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

    Top