EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0059
Case C-59/18: Action brought on 30 January 2018 — Italian Republic v Council of the European Union
Kawża C-59/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-59/18: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 94, 12.3.2018, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/15 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2018 – Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-59/18)
(2018/C 094/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (G. Palmieri, aġent, S. Fiorentino u C. Colelli, avvocati dello Stato)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni adottata fil-marġni tal-laqgħa tal-20 ta’ Novembru 2017 – 14559/17, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-formazzjoni “Affarijiet Ġenerali”, ippubblikata permezz ta’ stqarrija għall-istampa li ma tinkludix ir-rendikont [Outcome of the Council meeting (3579th Council meeting)], fil-parti fejn ġie stabbilit li s-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tiġi stabbilita f’Amsterdam u, konsegwentement, tistabbilixxi l-attribuzzjoni tas-sede lill-belt ta’ Milano. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Gvern Taljan ikkontesta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea d-deċiżjoni, adottata fil-marġni tal-laqgħa tal-20 ta’ Novembru 2017 – 14559/17, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-formazzjoni “Affarijiet Ġenerali”, ippubblikata permezz ta’ stqarrija għall-istampa li ma tinkludix ir-rendikont [Outcome of the Council meeting (3579th Council meeting)], fil-parti fejn ġie stabbilit li s-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tiġi stabbilita f’Amsterdam. Insostenn tar-rikors, il-Gvern Taljan jinvoka motiv uniku ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni u żnaturament tal-fatti, ikkawżat min-nuqqas ta’ qbil bejn is-sitwazzjoni effettiva tas-sede ta’ Amsterdam u l-informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-offerta.