Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0004

    Kawża C-4/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – Michael Winterhoff bħala stralċjarju tal-patrimonju ta’ DIREKTexpress Holding AG vs Finanzamt Ulm

    ĠU C 123, 9.4.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2018 – Michael Winterhoff bħala stralċjarju tal-patrimonju ta’ DIREKTexpress Holding AG vs Finanzamt Ulm

    (Kawża C-4/18)

    (2018/C 123/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Michael Winterhoff bħala stralċjarju tal-patrimonju ta’ DIREKTexpress Holding AG

    Konvenut: Finanzamt Ulm

    Domanda preliminari

    Imprenditur li jwettaq komunikazzjoni formali ta’ atti konformement mad-dispożizzjonijiet irregolati mid-dritt pubbliku huwa “fornitur ta’ servizz universali” fis-sens tal-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 (1), li jiżgura t-totalità ta’ jew parti mis-servizz postali universali u dawn is-servizzi huma eżentati skont l-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2)?


    (1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

    (2)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


    Top