EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0431

Kawża C-431/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza – Spanja) – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 – Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi bil-mutur” – Ħruġ ta’ żejt u ta’ likwidi oħrajn minn vettura bil-mutur – Danni)

ĠU C 68, 2.3.2020, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza – Spanja) – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez

(Kawża C-431/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi bil-mutur” - Ħruġ ta’ żejt u ta’ likwidi oħrajn minn vettura bil-mutur - Danni)

(2020/C 68/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España

Konvenuta: Irene Conte Sánchez

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li tidħol fil-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn vettura li tkun iċċaqalqet u/jew tkun ġiet ipparkjata f’parkeġġ privat, konformement mal-funzjoni tagħha bħala mezz ta’ trasport, tkun involuta f’inċident li seħħ f’dan il-parkeġġ.


(1)  ĠU C 373, 15.10.2018.


Top