Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0293

    Kawża C-293/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia) — Spanja — Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Ftehim — qafas ETUC, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat — Kalwżoli 2 u 3 — Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien iddeterminat” — Klawżola 4 — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni — Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ġustifikazzjoni — Kumpens f’każ ta’ rexxissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux iddeterminat għal raġuni oġġettiva — Assenza ta’ kumpens fl-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ta’ qabel id-dottorat)

    ĠU C 280, 19.8.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 280/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Galicia) — Spanja — Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega

    (Kawża C-293/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim — qafas ETUC, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat - Kalwżoli 2 u 3 - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien iddeterminat” - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Ġustifikazzjoni - Kumpens f’każ ta’ rexxissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux iddeterminat għal raġuni oġġettiva - Assenza ta’ kumpens fl-iskadenza ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien iddeterminat ta’ qabel id-dottorat)

    (2019/C 280/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de Galicia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Sindicato Nacional de CCOO de Galicia

    Konvenuti: Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega

    Dispożittiv

    1)

    Il-ftehim-qafas fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien iddeterminat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, b’mod partikolari il-klawżola 2(1) u l-klawżola 3(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal ħaddiema bħall-persunal impjegat fil-kuntest ta’ kuntratti tat-tip ta’ qabel id-dottorat inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    2)

    Il-klawżola 4(1) tal-ftehim-qafas fuq ix-xogħol għal żmien iddeterminat li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdi għall-ħlas tal-ebda kumpens lill-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti tat-tip ta’ qabel id-dottorat, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-iskadenza tal-perijodi ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li jingħata kumpens lill-ħaddiema għal żmien mhux iddeterminat fl-okkażjoni tar-rexxissjoni tal-kuntratt tax=xogħol tagħhom għal raġuni oġġettiva.


    (1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


    Top