EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0836

Kawża C-836/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 20 TFUE – Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu – Applikazzjoni għal permess ta’ residenza temporanja tal-konjuġi, ċittadin ta’ pajjiż terz – Ċaħda – Obbligu li wieħed jipprovdi għall-bżonnijiet tal-konjuġi – Assenza ta’ riżorsi suffiċjenti taċ-ċittadin tal-Unjoni – Obbligu tal-konjuġi li jgħixu flimkien – Leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali – Tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni – Ċħid)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH

(Kawża C-836/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 20 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu - Applikazzjoni għal permess ta’ residenza temporanja tal-konjuġi, ċittadin ta’ pajjiż terz - Ċaħda - Obbligu li wieħed jipprovdi għall-bżonnijiet tal-konjuġi - Assenza ta’ riżorsi suffiċjenti taċ-ċittadin tal-Unjoni - Obbligu tal-konjuġi li jgħixu flimkien - Leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali - Tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni - Ċħid)

(2020/C 137/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

Konvenut: RH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja, imressqa mill-konjuġi, ċittadin ta’ pajjiż terz, ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru u li ma jkunx eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu, għas-sempliċi raġuni li dan iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkollux, għalih u għall-konjuġi tiegħu, riżorsi suffiċjenti sabiex ma jsirx piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali nazzjonali, mingħajr ma jkun ġie eżaminat jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni u l-konjuġi tiegħu li tkun tali li, f’każ ta’ rifjut tal-għoti ta’ permess ta’ residenza dderivat lil dan tal-aħħar, l-istess ċittadin tal-Unjoni jkun imġiegħel li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu u b’hekk ikun imċaħħad mit-tgawdija effettiva tal-essenzjal tad-drittijiet mogħtija lilu mill-istatus tiegħu.

2)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li relazzjoni ta’ dipendenza, ta’ natura li tiġġustifika l-għoti ta’ dritt ta’ residenza dderivat skont dan l-artikolu, ma teżistix biss minħabba li ċ-ċittadin ta’ Stat Membru, maġġorenni u qatt ma eżerċita l-libertà ta’ moviment tiegħu, u l-konjuġi tiegħu, maġġorenni u ċittadin ta’ pajjiż terz, għandhom jgħixu flimkien, skont l-obbligi li jirriżultaw miż-żwieġ skont id-dritt tal-Istat Membru li ċ-ċittadin tal-Unjoni huwa ċittadin tiegħu.


(1)  ĠU C 139, 15.04.2019.


Top