Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0787

    Kawża C-787/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Skatteverket vs Sögård Fastigheter AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) minn persuna taxxabbli differenti minn dik li inizjalment għamlet it-tnaqqis – Bejgħ minn kumpannija lil individwi ta’ immobbli mikrija mill-imsemmija kumpannija kif ukoll mill-kumpannija proprjetarja preċedenti – Tmiem tal-issuġġettar għall-VAT matul il-bejgħ tal-immobbli lil individwi)

    ĠU C 35, 1.2.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Skatteverket vs Sögård Fastigheter AB

    (Kawża C-787/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) minn persuna taxxabbli differenti minn dik li inizjalment għamlet it-tnaqqis - Bejgħ minn kumpannija lil individwi ta’ immobbli mikrija mill-imsemmija kumpannija kif ukoll mill-kumpannija proprjetarja preċedenti - Tmiem tal-issuġġettar għall-VAT matul il-bejgħ tal-immobbli lil individwi)

    (2021/C 35/03)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta förvaltningsdomstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Skatteverket

    Konvenut: Sögård Fastigheter AB

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tipprevedi, abbażi tal-Artikolu 188(2) ta’ din id-direttiva, li ċ-ċedent ta’ proprjetà immobbli ma huwiex obbligat iwettaq l-aġġustament ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imwettaq meta ċ-ċessjonarju ser juża din il-proprjetà immobbli biss għal tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt għal tnaqqis, timponi wkoll fuq ċ-ċessjonarju l-obbligu li jwettaq l-aġġustament ta’ dan it-tnaqqis għall-perijodu rimanenti tal-perijodu ta’ aġġustament, meta huwa jittrasferixxi, min-naħa tiegħu, il-proprjetà immobbli inkwistjoni lil terz li ma huwiex ser jużaha għal tali tranżazzjonijiet.


    (1)  ĠU C 72, 25.02.2019.


    Top