This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0704
Case C-704/18: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 12 February 2020 (request for a preliminary ruling from the Spetsializiran nakazatelen sad — Bulgaria) — Criminal proceedings against Nikolay Kolev and Others (Reference for a preliminary ruling — Article 267 TFEU — Implementation of a preliminary ruling of the Court — Power of a higher court to impose an injunction relating to the detailed rules for implementation — Procedural autonomy of the Member States — Principle of effectiveness — Observance of the rights of the defence)
Kawża C-704/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Nikolay Kolev et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja – Setgħa li tingħata ordni ta’ qorti superjuri fir-rigward tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipju ta’ effettività – Rispett tad-drittijiet tad-difiża)
Kawża C-704/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Nikolay Kolev et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja – Setgħa li tingħata ordni ta’ qorti superjuri fir-rigward tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipju ta’ effettività – Rispett tad-drittijiet tad-difiża)
ĠU C 103, 30.3.2020, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Nikolay Kolev et
(Kawża C-704/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja - Setgħa li tingħata ordni ta’ qorti superjuri fir-rigward tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività - Rispett tad-drittijiet tad-difiża)
(2020/C 103/04)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali
Nikolay Boykov Kolev, Stefan Georgiev Kostadinov, Nasko Dimitrov Kurdov, Plamen Georgiev Drenski, Georgi Atanasov Zlatanov, Dimitar Atanasov Dimitrov
Dispożittiv
Fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 6(3) u l-Artikoli 7(3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et (C-612/15, EU:C:2018:392), l-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola ta’ dritt proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-qorti tar-rinviju tikkonforma ruħha ma’ ordni, li tiġi indirizzata lilha minn qorti superjuri, li tibgħat il-kawża lura lill-Prosekutur Pubbliku, wara li tintemm il-proċedura kriminali, sabiex jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet proċedurali mwettqa matul il-fażi preliminari ta’ din il-proċedura, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 2 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza, jiġu osservati f’din fil-fażi preliminari tal-proċeduri kriminali jew fil-fażi ġudizzjarja li ssegwi.