Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0658

    Kawża C-658/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Bologna – l-Italja) – UX vs Governo della Repubblica italiana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ammissibbiltà – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” – Kriterji – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 7 – Leave annwali mħallas – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżoli 2 u 3 – Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” – Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji – Differenza fit-trattament – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

    ĠU C 297, 7.9.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 297/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di pace di Bologna – l-Italja) – UX vs Governo della Repubblica italiana

    (Kawża C-658/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Kriterji - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 7 - Leave annwali mħallas - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżoli 2 u 3 - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Giudici di pace [membri tal-ġudikatura li jippresjedu l-Qorti Konċiljatorja] u membri tal-ġudikatura ordinarji - Differenza fit-trattament - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi”)

    (2020/C 297/10)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Giudice di pace di Bologna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: UX

    Konvenut: Governo della Repubblica italiana

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Giudice di pace (il-Qorti Konċiljatorja, l-Italja) taqa’ taħt il-kunċett ta’ “qorti ta’ Stat Membru”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.

    2)

    L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li giudice di pace [membru tal-ġudikatura li jippresjedi l-Qorti Konċiljatorja] li, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, jipprovdi servizzi reali u effettivi, li ma jkunu la purament marġinali u lanqas anċillari, u li għalihom huwa jirċievi kumpens li jkun ta’ natura remuneratorja, jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    3)

    Il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, li jinsab f’din id-dispożizzjoni, jista’ jinkludi giudice di pace, maħtur għal perijodu limitat, li, fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu, jipprovdi servizzi reali u effettivi, li ma jkunu la purament marġinali u lanqas anċillari, u li għalihom huwa jirċievi kumpens li jkun ta’ natura remuneratorja, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    4)

    Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix id-dritt għal giudice di pace li jibbenefika minn leave annwali mħallas ta’ 30 jum, bħal dak previst għall-membri tal-ġudikatura ordinarji, fil-każ li dan il-giudice di pace jkun jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, fis-sens tal-klawżola 2(1) ta’ dan il-ftehim qafas, u fil-każ li huwa jkun jinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ membru tal-ġudikatura ordinarju, sakemm tali differenza fit-trattament ma tkunx iġġustifikata abbażi tad-differenzi fil-kwalifiki meħtieġa u n-natura tal-kompiti li għalihom l-imsemmija membri tal-ġudikatura huma responsabbli, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 25,21.1.2019.


    Top