This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0519
Case C-519/18: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 12 December 2019 (request for a preliminary ruling from the Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — Hungary) — TB v Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Reference for a preliminary ruling — Immigration policy — Right to family reunification — Directive 2003/86/EC — Article 10(2) — Optional provision — Prerequisites for exercising the right to family reunification — Member of a refugee’s family not referred to in Article 4 — Concept of a ‘dependant’)
Kawża C-519/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság - l-Ungerija) – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-immigrazzjoni – Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Direttiva 2003/86/KE – Artikolu 10(2) – Dispożizzjoni fakultattiva – Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja – Membru tal-familja ta’ refuġjat mhux imsemmi fl-Artikolu 4 – Kunċett ta’ “persuna dipendenti”)

ĠU C 54, 17.2.2020, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
17.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság - l-Ungerija) – TB vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
(Kawża C-519/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 10(2) - Dispożizzjoni fakultattiva - Kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Membru tal-familja ta’ refuġjat mhux imsemmi fl-Artikolu 4 - Kunċett ta’ “persuna dipendenti”)
(2020/C 54/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TB
Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
Dispożittiv
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jawtorizza r-riunifikazzjoni tal-familja ta’ oħt refuġjat biss jekk din tkun, minħabba l-istat ta’ saħħitha, inkapaċi li tipprovdi għall-bżonnijiet tagħha,, sakemm:
|
— |
minn naħa, l-imsemmija inkapaċità tiġi evalwata b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari li jkunu jinsabu fiha r-refuġjati u wara eżami individwali li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, u |
|
— |
min-naħa l-oħra, jista’ jiġi stabbilit, fid-dawl ukoll tas-sitwazzjoni partikolari li jkunu jinsabu fiha r-refuġjati u wara eżami individwali li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, li s-sostenn materjali tal-persuna kkonċernata huwa effettivament żgurat mir- refuġjat, jew li r-refuġjat jidher li huwa l-membru tal-familja l-iktar kapaċi li jiżgura s-sostenn materjali meħtieġ. |