Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0508

    Kawżi magħquda C-508/18 u C-82/19 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court, High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ Stat Membru — Status — Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv — Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja — Assenza ta’ garanzija ta’ indipendenza)

    ĠU C 263, 5.8.2019, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court, High Court (l-Irlanda) — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)

    (Kawżi magħquda C-508/18 u C-82/19 PPU) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-prosekuzzjoni ta’ Stat Membru - Status - Eżistenza ta’ rabta ta’ subordinazzjoni fir-rigward ta’ korp tal-poter eżekuttiv - Setgħat ta’ struzzjoni individwali tal-Ministru għall-Ġustizzja - Assenza ta’ garanzija ta’ indipendenza)

    (2019/C 263/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qrati tar-rinviju

    Supreme Court, High Court (l-Irlanda)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    OG (C-508/18), PI (C-82/19 PPU)

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi C-508/18 u C-82/19 PPU huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li ma jirreferix għall-Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Stat Membru li huma esposti għar-riskju li, b’mod dirett jew indirett, jiġu suġġetti għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tal-poter eżekuttiv, bħalma huwa Ministru għall-Ġustizzja, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.


    (1)  ĠU C 364, 08.10.2018.

    ĠU C 122, 01.04.2019.


    Top