Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0461

    Kawża C-461/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 – Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd vs Distillerie Bonollo SpA et (Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina – Appell ippreżentat minn intervenjent fl-ewwel istanza – It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Eżami mill-ġdid intermedju parzjali – Telf tal-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid – Emenda tad-dazju antidumping definittiv – Determinazzjoni tal-valur normali – Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Appell inċidentali – Rikors għal annullament ippreżentat minn produtturi kompetituri stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà – Inċidenza diretta – Tqassim tal-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza)

    ĠU C 35, 1.2.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2020 – Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd vs Distillerie Bonollo SpA et

    (Kawża C-461/18 P) (1)

    (Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina - Appell ippreżentat minn intervenjent fl-ewwel istanza - It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Eżami mill-ġdid intermedju parzjali - Telf tal-istatus ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq matul il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid - Emenda tad-dazju antidumping definittiv - Determinazzjoni tal-valur normali - Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Appell inċidentali - Rikors għal annullament ippreżentat minn produtturi kompetituri stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Inċidenza diretta - Tqassim tal-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza)

    (2021/C 35/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, u P. Billiet, advocaat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor u A. Bochon, avocat), Comercial Química Sarasa SL, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropa (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u M. B. Driessen, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avocată), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    L-appell prinċipali huwa miċħud.

    2)

    Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2018, Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill (T-431/12, EU:T:2018:251), għandu jiġi annullat sa fejn, permezz tiegħu, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea obbligat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ dik is-sentenza.

    3)

    Il-kumplament tal-appell inċidentali huwa miċħud.

    4)

    Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Distillerie BonolloSpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA u Caviro Distillerie kif ukoll mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-appell prinċipali.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, 80 % tal-ispejjeż sostnuti minn Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA, Distillerie Mazzari SpA u Caviro Distillerie Srl fir-rigward tal-appell inċidentali.

    6)

    Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-appell inċidentali.


    (1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


    Top