Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0457

    Kawża C-457/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2020 – Ir-Repubblika tas-Slovenja vs Ir-Repubblika tal-Kroazja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 259 TFUE – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Determinazzjoni tal-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri – Tilwima dwar il-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja – Ftehim ta’ arbitraġġ – Proċedura ta’ arbitraġġ – Notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tad-deċiżjoni tagħha li ttemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ minħabba irregolarità li hija ssostni twettqet minn membru tat-Tribunal tal-Arbitraġġ – Deċiżjoni arbitrali mogħtija mit-Tribunal tal-Arbitraġġ – Allegat nuqqas ta’ osservanza mir-Repubblika tal-Kroazja tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ u tal-fruntiera ddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Talba għall-irtirar ta’ dokument mill-proċess – Protezzjoni tal-pariri legali)

    ĠU C 137, 27.4.2020, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 137/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2020 – Ir-Repubblika tas-Slovenja vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

    (Kawża C-457/18) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 259 TFUE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Determinazzjoni tal-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri - Tilwima dwar il-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja - Ftehim ta’ arbitraġġ - Proċedura ta’ arbitraġġ - Notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tad-deċiżjoni tagħha li ttemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ minħabba irregolarità li hija ssostni twettqet minn membru tat-Tribunal tal-Arbitraġġ - Deċiżjoni arbitrali mogħtija mit-Tribunal tal-Arbitraġġ - Allegat nuqqas ta’ osservanza mir-Repubblika tal-Kroazja tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ u tal-fruntiera ddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Talba għall-irtirar ta’ dokument mill-proċess - Protezzjoni tal-pariri legali)

    (2020/C 137/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: M. Menard, aġent, J.-M. Thouvenin, avukat)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentanti: G. Vidović Mesarek, aġent, assistit minn J. Stratford, QC)

    Dispożittiv

    1)

    Id-dokument ta’ ħidma intern tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-parir tas-servizz legali tagħha, li jinsab fil-paġni 38 sa 45 tal-Anness C.2 tar-risposta tar-Repubblika tas-Slovenja għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, huwa rtirat mill-proċess tal-Kawża C-457/18.

    2)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors tar-Repubblika tas-Slovenja, ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 259 TFUE, fil-Kawża C-457/18.

    3)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 399, 5.11.2018


    Top