EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0395

Kawża C-395/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti, għal xogħlijiet jew għal servizzi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 18(2) – Artikolu 57(4) – Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi – Raġuni għal esklużjoni li tolqot subappaltatur imsemmi fl-offerta tal-operatur ekonomiku – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tas-subappaltatur fil-qasam tad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku għal tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu)

ĠU C 137, 27.4.2020, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA vs Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-395/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal provvisti, għal xogħlijiet jew għal servizzi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 18(2) - Artikolu 57(4) - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Raġuni għal esklużjoni li tolqot subappaltatur imsemmi fl-offerta tal-operatur ekonomiku - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tas-subappaltatur fil-qasam tad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku għal tali nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu)

(2020/C 137/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA

Konvenuti: Consip SpA, Ministero dell’Economia e delle Finanze

fil-preżenza ta’: E-VIA SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-awtorità kontraenti għandha l-fakultà, u saħansitra l-obbligu, li teskludi lill-operatur ekonomiku li jkun issottometta l-offerta mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt meta r-raġuni ta’ esklużjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni tiġi kkonstatata fir-rigward ta’ wieħed mis-subappaltaturi msemmija fl-offerta ta’ dan l-operatur. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 57(6) ta’ din id-direttiva, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi n-natura awtomatika ta’ tali esklużjoni.


(1)  ĠU C 301, 27.08.2018.


Top