This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0215
Case C-215/18: Judgment of the Court (First Chamber) of 26 March 2020 (request for a preliminary ruling from the Obvodní soud pro Prahu 8 — Czech Republic) — Libuše Králová v Primera Air Scandinavia (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Jurisdiction and the enforcement of judgments in civil and commercial matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Article 5(1) — Jurisdiction in matters relating to a contract — Articles 15 to 17 — Jurisdiction over consumer contracts — Regulation (EC) No 261/2004 — Articles 6 and 7 — Right to compensation in the case where a flight is subject to a long delay — Contract for carriage combining travel and accommodation concluded between the passenger and a travel agency — Action for compensation brought against the air carrier which is not a party to that contract — Directive 90/314/EEC — Package travel)
Kawża C-215/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu 8, ir-Repubblika Ċeka) – Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (KE) Nru 44/2001 – Punt 1 tal-Artikolu 5 – Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali – Artikoli 15 sa 17 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 6 u 7 – Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar – Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt – Direttiva 90/314/KEE – Vjaġġ kollox kompriż)

ĠU C 215, 29.6.2020, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu 8, ir-Repubblika Ċeka) – Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia
(Kawża C-215/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 1 tal-Artikolu 5 - Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali - Artikoli 15 sa 17 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 6 u 7 - Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar - Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt - Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġ kollox kompriż)
(2020/C 215/05)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Obvodní soud pro Prahu 8
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Libuše Králová
Konvenuta: Primera Air Scandinavia
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier ta’ titjira li ġarrbet dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar jista’ jippreżenta rikors għal kumpens taħt l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, anki jekk dan il-passiġġier u dan it-trasportatur tal-ajru ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom u t-titjira inkwistjoni tkun tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż li jaqa’ taħt id- Direttiva tal-Kunsill 90/314 tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż. |
2) |
Il-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat bis-saħħa tar-Regolament Nru 261/2004 minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk ma jkun ġie konkluż ebda kuntratt bejn il-partijiet u t-titjira operata minn dan it-trasportatur tal-ajru kienet prevista minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż ma’ terzi li jinkludi wkoll akkomodazzjoni. |
3) |
L-Artikoli 15 sa 17 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, li miegħu dan il-passiġġier ma kkonkluda ebda kuntratt, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli relatati mal-ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mal-konsumaturi. |