Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0133

    Kawża C-133/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil — Franza) — Sea Chefs Cruise Services GmbH vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Rimbors tal-VAT — Direttiva 2008/9/KE — Artikolu 20 — Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru ta’ rimbors — Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’terminu ta’ xahar mid-data tar-riċezzjoni tat-talba mid-destinatarju — Natura ġuridika ta’ dan it-terminu u konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tiegħu)

    ĠU C 220, 1.7.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil — Franza) — Sea Chefs Cruise Services GmbH vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

    (Kawża C-133/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Rimbors tal-VAT - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 20 - Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru ta’ rimbors - Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’terminu ta’ xahar mid-data tar-riċezzjoni tat-talba mid-destinatarju - Natura ġuridika ta’ dan it-terminu u konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tiegħu)

    (2019/C 220/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Montreuil

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sea Chefs Cruise Services GmbH

    Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics

    Dispożittiv

    L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ xahar previst f’din id-dispożizzjoni sabiex tiġi pprovduta lill-Istat Membru ta’ rimbors l-informazzjoni addizzjonali mitluba minn dan l-Istat Membru ma huwiex terminu ta’ dekadenza li jimplika, fil-każ ta’ qbiż ta’ dan it-terminu jew tal-assenza ta’ tweġiba, li l-persuna taxxabbli titlef il-possibbiltà li tirregolarizza t-talba tagħha għal rimbors permezz tal-produzzjoni, direttament quddiem il-qorti nazzjonali, ta’ informazzjoni addizzjonali sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza tad-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud.


    (1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


    Top