This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0772
Case T-772/17: Action brought on 27 November 2017 — Café del Mar and Others v EUIPO — Guiral Broto (Café del Mar)
Kawża T-772/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Café del Mar et vs EUIPO – Guiral Broto (Café del Mar)
Kawża T-772/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Café del Mar et vs EUIPO – Guiral Broto (Café del Mar)
ĠU C 22, 22.1.2018, p. 59–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/59 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 – Café del Mar et vs EUIPO – Guiral Broto (Café del Mar)
(Kawża T-772/17)
(2018/C 022/79)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Café del Mar SC (Sant Antoni de Portmany, Spanja), José Les Viamonte (Sant Antoni de Portmany) u Carlos Andrea González (Sant Antoni de Portmany) (rappreżentanti: F. Miazzetto u J. L. Gracia Albero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Café del Mar” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 090 520
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1540/2015-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara l-invalidità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Café del Mar” Nru 2 090 520; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, filwaqt li l-proprjetarju tat-trade mark li fir-rigward tagħha ntalbet l-invalidità jiġi kkundannat għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(c) tar-Regolament 2017/1001. |