Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0718

    Kawża T-718/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 424, 11.12.2017, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 424/55


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2017 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-718/17)

    (2017/C 424/80)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u P. Gentili, avvocato dello Stato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa — Amministraturi u assistenti fis-settur tal-bini — EPSO/AD/342/17 (AD 6) — Inġiniera tal-ġestjoni tal-bini (inklużi l-inġiniera ambjentali u tas-servizzi) — EPSO/AST/141/17 (AST 3) — Profil 1. Tekniċi/koordinaturi tal-kostruzzjoni tal-bini — Profil 2. Koordinaturi/tekniċi tal-bini fl-arja kondizzjonata u l-inġinerija elettromekkanika u elettrika — Profil 3. Assistenti fis-sigurtà tal-bini/fis-sigurtà okkupazzjonali ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2017, Nru C 242 A;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-695/17, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni.


    Top