Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0682

    Kawża T-682/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Khadi and Village Industries Commission vs EUIPO – BNP Best Natural Products (khadi Naturprodukte aus Indien)

    ĠU C 402, 27.11.2017, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/52


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Khadi and Village Industries Commission vs EUIPO – BNP Best Natural Products (khadi Naturprodukte aus Indien)

    (Kawża T-682/17)

    (2017/C 402/69)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Khadi and Village Industries Commission (Mumbai Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: J. Guise, N. Rose, V. Ellis, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BNP Best Natural Products GmbH (München, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “khadi Naturprodukte aus Indien” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 216 343

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2085/2016-5

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li t-trade mark tal-Unjoni kkontestata hija invalida;

    tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Il-Bord tal-Appell żnatura l-provi;

    Ksur tal-Artikoli 7(1)(g) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top