Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0614

Kawża T-614/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – Bonnafous vs EACEA

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/45


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2017 – Bonnafous vs EACEA

(Kawża T-614/17)

(2017/C 374/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2016, dwar it-tkeċċija tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ, tat-2 ta’ Ġunju 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-3 ta’ Frar 2017;

tagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali sostnut;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, fuq l-irregolaritajiet proċedurali mwettqa mill-aġenzija konvenuta, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura kif ukoll fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet iddefiniti b’mod ċar, fuq il-ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grupp ta’ funzjonijiet IV u l-kompiti attribwiti lir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rapport dwar il-perijodu ta’ prova huwa bbażat fuq motivi manifestament żbaljati.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll fuq użu ħażin ta’ poter.


Top