This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0612
Case T-612/17: Action brought on 11 September 2017 — Google and Alphabet v Commission
Kawża T-612/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni
Kawża T-612/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni
ĠU C 369, 30.10.2017, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/37 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-612/17)
(2017/C 369/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Google Inc. (Mountain View, California, l-Istati Uniti) u Alphabet Inc. (Mountain View) (rappreżentanti: T. Graf, R. Snelders u C. Thomas, avukati, K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitor, R. O’Donoghue u D. Piccinin, Barristers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2017, dwar proċeduri taħt l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (AT.39741 – Google Search (Shopping)); |
— |
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, u |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti u l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-konstatazzjoni li Google iffavorixxiet servizz ta’ paragun ta’ xiri ta’ billi wriet riżultati ta’ prodotti rraggruppati (Product Universals).
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-konstatazzjoni li Google iffavorixxiet servizz ta’ paragun ta’ xiri billi wriet reklami tal-prodotti rraggruppati (Shopping Units).
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta tikkonsatata li l-allegat aġir abbużiv żvija it-traffiku ta’ tiftix ta’ Google.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta kkonstatat li l-allegat aġir abbużiv jista’ jkollu effetti antikompetittivi.
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta tittratta titjib fil-kwalità li jikkostitwixxi kompetizzjoni fil-mertu bħala abbużiv.
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta timponi multa.
|