Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0506

    Kawża T-506/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    ĠU C 347, 16.10.2017, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 347/38


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Makhlouf vs Il-Kunsill

    (Kawża T-506/17)

    (2017/C 347/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

    b’konsegwenza ta’ dan, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2017/917, tad-29 ta’ Mejju 2017 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-atti kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, b’mod partikolari d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, prevista fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), l-Artikolu 215 TFUE u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-motivazzjoni pprovduta ma tissodisfax l-obbligu li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom taħt l-Artikolu 6 tal-KEDB, kif ukoll taħt l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-atti kkontestati jillimitaw b’mod mhux iġġustifikat u sproporzjonat id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent u b’mod partikolari d-drittijiet tiegħu għall-proprjetà, sanċit fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali tal-KEDB u fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għar-rispett tar-reputazzjoni tiegħu, previst fl-Artikoli 8 u 10(2) tal-KEDB, għall-preżunzjoni tal-innoċenza, sanċit fl-Artikolu 6 tal-KEDB u fl-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-libertà ta’ dħul u ħruġ, iggarantita fl-Artikolu 2(2) tal-Protokoll Nru 4 tal-KEDB.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Linji gwida dwar l-implementazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ristrettivi (sanzjonijiet) fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea (Dokument tal-Kunsill 15114/05, tat-2 ta’ Diċembru 2005).


    Top