Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0392

    Kawża T-392/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/36


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-392/17)

    (2017/C 293/45)

    Lingwa tal-kawża: iċ–Ċek

    Partijiet

    Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur ta’ prinċipju bażiku tad-dritt tal-UE – il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.


    Top