EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0247

Kawża T-247/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

ĠU C 195, 19.6.2017, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/43


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-247/17)

(2017/C 195/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381, tat-3 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374, tat-3 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tadotta, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, u b’mod partikolari

tagħmel mistoqsijiet lill-Kunsill;

tistieden lill-Kunsill jikkomunika l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm dwar ċerti aspetti tal-kawża;

titlob informazzjoni jew kjarifiki mingħand il-Kunsill u mingħand terzi, fosthom il-Kummissjoni, l-EADS u l-Ukraina;

titlob li jiġu ppreżentati dokumenti jew provi marbuta mal-kawża;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet fundamentali

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jinvoka n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi imposti.

2.

It-tieni motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni


Top