Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0218

    Kawża T-218/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament

    ĠU C 178, 6.6.2017, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 178/30


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 – HF vs Il-Parlament

    (Kawża T-218/17)

    (2017/C 178/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: HF (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    Konsegwentement,

    tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ġunju 2016, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti tal-11 ta’ Diċembru 2014;

    sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2017, irċevuta fil-11 janvier 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-6 ta’ Settembru 2016;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 90 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tad-dritt ta’ smigħ u fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji proċedurali ta’ natura li jivvizzjaw d-deċiżjoni kkontestata u fuq il-parzjalità tal-proċedura sigwita mill-Kumitat.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq obbligu tal-obbligu ta’ assistenza u tad-dmir ta’ premura u fuq ksur tal-Artikoli 12a u 24 tar-Reogalmenti tal-Persunal.


    Top