Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0009

    Kawża T-9/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 – RI vs Il-Kunsill

    ĠU C 70, 6.3.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 70/24


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2017 – RI vs Il-Kunsill

    (Kawża T-9/17)

    (2017/C 070/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: RI (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità tar-rikorrent riżultanti minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol mil; l-kummissjoni tal-invalidità u mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill. Ir-rikrrent jikkontesta b’mod partikolari il-konklużjonijiet tal-imsemmija kummissjoni li jistabbilixxu li:

    s-sindrome tal-kanal tal-karpru ma jistax jiġi rikonoxxut bħala mard ikkaġunat mix-xogħol;

    dak li wassal għall-inkapaċità tar-rikorrent li jirritorna għax-xogħol ma huwiex is-sindrome tal-kanal tal-karpru, iżda is-sindrome tal-algonewrodistrofija li żviluppat wara l-operazzjoni kirurġika f’idejh ix-xellugija.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-kummissjoni tal-invalidità ma pprovdietx, sal-grad rikjest mil-liġi, spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li wassluha sabiex twarrab ir-rapporti mediċi preċedenti li jikkonfermaw b’mod ċar l-oriġini professjonali tal-mard tar-rikorrent, previst bħala “sindrome tal-kanal tal-karpru kkomplikat b’algonewrodistrofija”.


    Top