Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0134

    Kawża T-134/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal tliet klabbs tal-futbol professjonali — Drittijiet tad-difiża — Rifjut ta’ aċċess — Talba għal miżuri provviżorji — Assenza ta’ urġenza”)

    ĠU C 166, 14.5.2018, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 166/32


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-134/17 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Spanja għal tliet klabbs tal-futbol professjonali - Drittijiet tad-difiża - Rifjut ta’ aċċess - Talba għal miżuri provviżorji - Assenza ta’ urġenza”))

    (2018/C 166/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Hércules Club de Fútbol, SAD (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: S. Rating u Y. Martínez Mata, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Stromsky, G. Luengo u P. Němečková, sussegwentement J. Baquero Cruz, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tagħti aċċess għad-dokumenti li jisabu fil-fajl dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2013/CP) mogħtija minn Spanja lil Valencia Club de Fútbol SAD, lil Hércules Club de Fútbol u lil Elche Club de Fútbol SAD, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti u huma fundamentali għad-difiża xierqa tal-interessi tagħha.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top