Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0763

    Kawża T-763/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Septona vs EUIPO – Intersnack Group (welly) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva welly — Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Kelly’s u Kelly’s www.kellys.eu CHIPS — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 44, 4.2.2019, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Septona vs EUIPO – Intersnack Group (welly)

    (Kawża T-763/17) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva welly - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Kelly’s u Kelly’s www.kellys.eu CHIPS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

    (2019/C 44/54)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Septona AVEE (Oinofyta, il-Greċja) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1525/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intersnack Group u Septona.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Lulju 2017 (Każ R 1525/2016-1) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


    Top