Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0736

Kawża T-736/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Lincoln Global vs EUIPO (FLEXCUT) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FLEXCUT — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 427, 26.11.2018, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/63


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Lincoln Global vs EUIPO (FLEXCUT)

(Kawża T-736/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FLEXCUT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2018/C 427/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lincoln Global, Inc. (Santa Fe Springs, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, agenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2017 (Każ R 2225/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXCUT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lincoln Global, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2018.


Top