Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0614

Kawża T-614/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Bonnafous vs EACEA (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Tkeċċija fit-tmiem il-perijodu ta’ prova — Kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova — Fastidju psikoloġiku — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ premura — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ setgħa — Responsabbiltà”)

ĠU C 255, 29.7.2019, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Bonnafous vs EACEA

(Kawża T-614/17) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija fit-tmiem il-perijodu ta’ prova - Kundizzjonijiet normali ta’ perijodu ta’ prova - Fastidju psikoloġiku - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura - Drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ smigħ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ setgħa - Responsabbiltà”)

(2019/C 255/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurence Bonnafous (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet u V. Kasparian, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-14 ta’ Novembru 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-2 ta’ Ġunju 2017 meħudin mill-EACEA u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament iġġarrab wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laurence bonnafous huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


Top