Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0590

    Kawża T-590/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ self ‘Water Supply Sweida Region’ Nru 80212 — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom antiċipati — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja”)

    ĠU C 280, 19.8.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 280/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — BEI vs Is-Sirja

    (Kawża T-590/17) (1)

    (“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self ‘Water Supply Sweida Region’ Nru 80212 - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

    (2019/C 280/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investimenti (rappreżentanti: inizjalment P. Chamberlain, T. Gilliams, F. Oxangoiti Briones u J. Shirran, sussegwentement F. Oxangoiti Briones, J. Klein u J. Shirran, aġenti, assistiti minn D. Arts, avukat, u T. Cusworth, solicitor)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna tar-Repubblika Għarbija Sirjana għar-rimbors tas-somom dovuti fil-kuntest tal-ftehim ta’ self “Water Supply Sweida Region” Nru 80212, flimkien mal-interessi moratorji.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 726 942,8.

    2)

    L-imsemmija somma tinkludi interessi moratorji fuq l-ammonti prinċipali b'rata annwali ta’ 3.5% mill-25 ta’ Awwissu 2017 sad-data tal-ħlas.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 369, 30.10.2017.


    Top