Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0461

    Kawża T-461/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – TN vs ENISA (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanji — Reklutaġġ — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ reklutaġġ — Irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Referenzi ta’ karattru xieraq — Article 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Trattament ta’ data personali — Dritt għal smigħ — Responsabbiltà”)

    ĠU C 103, 18.3.2019, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2019 – TN vs ENISA

    (Kawża T-461/17) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ reklutaġġ - Irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Referenzi ta’ karattru xieraq - Article 12 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ta’ data personali - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”))

    (2019/C 103/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: TN (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assostit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Novembru 2016 li permezz tagħha l-ENISA pproċediet għall-irtirar tal-offerta ta’ reklutaġġ għall-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni “Servizzi Amministrattivi” ppreżentata lir-rikorrent, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-ENISA għall-kumpens għad-danni materjali u morali. li r-rikorrent allegatament sofra minħabba, b’mod partikolari, l-irtirar illegali ta’ din l-offerta.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    TN huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


    Top