This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0441
Case T-441/17: Judgment of the General Court of 11 December 2018 — Arca Capital Bohemia v Commission (Access to documents — Regulation (EC) No 1049/2001 — Documents relating to a procedure for reviewing State aid — Partial refusal to grant access — Exception relating to the protection of commercial interests of third parties — Exception relating to the protection of the purpose of inspections, investigations and audits — General presumption of confidentiality — Obligation to carry out a specific and individual examination — Overriding public interest)
Kawża T-441/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati mal-proċedura għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat — Rifjut parzjali għal aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu — Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Interess pubbliku superjuri”)

ĠU C 72, 25.2.2019, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-441/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-proċedura għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut parzjali għal aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”))
(2019/C 72/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arca Capital Bohemia a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Nedelka, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u A. Buchet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tinsab fir-risposta tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2017 għat-talba inizjali għal aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017)3129 final, tal-4 ta’ Mejju 2017, li tirrifjuta li tagħti tali aċċess.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Arca Capital Bohemia a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż. |