Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0417

    Kawża T-417/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cyprus Halloumi Cheese — Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Xebh tas-sinjali”)

    ĠU C 44, 4.2.2019, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)

    (Kawża T-417/17) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cyprus Halloumi Cheese - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Xebh tas-sinjali”))

    (2019/C 44/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 (Każ R 2650/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ April 2017 (każ R 2650/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies Ltd hija annullata.

    2)

    L-EUIPO hija kkundannata ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tar-Repubblika ta’ Ċipru.

    3)

    Papouis Dairies għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 277, 21.8.2017.


    Top