Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0343

    Kawża T-343/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-merkanzija bl-ajru – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru – Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) – Skambju ta’ informazzjoni – Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Preskrizzjoni – Restrizzjoni tal-Istat – Ksur uniku u kontinwu – Ammont tal-multa – Valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti – Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 23–23 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-343/17) (1)

    (“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Preskrizzjoni - Restrizzjoni tal-Istat - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment ta’ aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    (2022/C 207/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Cathay Pacific Airways Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Kreisberger, QC, N. Grubeck, barrister, M. Rees, solicitor, u E. Estellon, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, QC)

    Suġġett

    Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(1)(g) u l-Artikolu 4(g) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru) huma annullati.

    2)

    L-ammont tal-multa imposta fuq Cathay Pacific Airways Ltd, fl-Artikolu 3(g) tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 47 040 000.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Cathay Pacific Airways għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Cathay Pacific Airways.


    (1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


    Top