Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0331

    Kawża T-331/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Steifer vs KESE (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni — Trasferiment lill-iskema tal-Unjoni — Akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità — Rimbors tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni — Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali — Assenza ta’ żball skużabbli — Responsabbiltà — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 328, 30.9.2019, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/44


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Steifer vs KESE

    (Kawża T-331/17) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lill-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità - Rimbors tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Assenza ta’ żball skużabbli - Responsabbiltà - Inammissibbiltà”)

    (2019/C 328/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Guy Steifer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M.-A. Lucas u M. Bertha, avukati)

    Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament, tan-nota tad-Direttur tar-Riżorsi Umani u Finanzjarji tal-KESE, tal-21 ta’ Ottubru 2002, li tiċħad it-talba tar-rikorrent tat-2 ta’ Ottubru 2002 għar-rimbors, flimkien mal-interessi moratorji, tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu ittrasferiti lill-iskema tal-Unjoni Ewropea, u tad-Deċiżjoni 360/03 A tal-imsemmi direttur, tal-15 ta’ Diċembru 2003, li tistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu, it-tieni nett, għall-kundanna tal-KESE sabiex jirrimborsah l-ammont tal-arretrati perjodiċi mħallsa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pensjonijiet lill-KESE sa mill-1 ta’ Jannar 2004 bħala trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni u, b’mod mensili, l-ammont tal-imsemmija arretrati perjodiċi li ser jitħallsu fil-futur, u, it-tielet nett, għall-kumpens tad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba wieħed mill-motivi tal-imsemmija nota, li permezz tagħha dan id-direttur allegatament informah b’mod żbaljat li ma kellu dritt għal ebda pensjoni Belġjana.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Guy Steifer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


    Top