Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0167

    Kawża T-167/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal — Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz — Irtirar awtomatiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà parzjali — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Tqajjim ex officio — Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika”)

    ĠU C 263, 5.8.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2019 — RV vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-167/17) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Għoti ta’ leave fl-interess tas-servizz - Irtirar awtomatiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà parzjali - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Tqajjim ex officio - Interpretazzjoni letterali, kuntestwali u teleoloġika”)

    (2019/C 263/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: RV (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis u N. de Montigny, sussegwentement minn J.-N. Louis,)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn J. Steele u D. Nessaf, sussegwentement minn J. Steele u M. Rantala, u finalment minn J. Steele u C. González Argüelles, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tqiegħed lir-rikorrent fuq leave fl-interess tas-servizz skont l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku skont il-ħames paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016 li permezz tagħha RV tqiegħed fuq leave fl-interess tas-servizz u, simultanjament, fuq irtirar awtomatiku, hija annullata.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn RV, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

    4)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 144, 8.5.2017.


    Top