Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0054

    Kawża T-54/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CLF vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali — Parlament Ewropew — Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku — Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti — Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament — Regolament Finanzjarju — Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju — Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter”)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – CLF vs Il-Parlament

    (Kawża T-54/17) (1)

    ((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil partit politiku - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))

    (2018/C 301/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent:: Coalition for Life and Family (CLF) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Alves u C. Burgos, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-16 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrent, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Coalition for Life and Family (CLF) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


    Top