EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0716

Kawża C-716/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-22 ta’ Diċembru 2017 — A

ĠU C 83, 5.3.2018, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-22 ta’ Diċembru 2017 — A

(Kawża C-716/17)

(2018/C 083/20)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 45 TFUE, kif interpretat fis-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2012, Radziejewski (C-461/11, EU:C:2012:704), jipprekludi regola ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati li, bħal fil-każ ta’ dik prevista fid-dritt Daniż, għandha l-għan li tiggarantixxi li l-qorti li tiddeċiedi dwar it-talba għal tħassir ta’ dejn ikollha għarfien ta’ u tkun ħadet inkunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tagħha, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika li d-debitur u l-familja tiegħu jkunu qegħdin jgħixu fiha fil-prattika u li jistgħu jkunu għadhom qegħdin jgħixu fiha fil-futur, u li l-imsemmija evalwazzjoni tista’ tiġi affettwata skont kriterji stabbiliti minn qabel li jiddeterminaw dak li jista’ jitqies li huwa standard ta’ għajxien modest aċċettabbli matul it-tul tal-miżura ta’ tħassir?

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li r-restrizzjoni ma tistax titqies li hija ġġustifikata, qed issirilha d-domanda segwenti:

2)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa għandu wkoll, f’sitwazzjoni komparabbli ma’ dik fil-kawża preżenti, effett dirett fir-relazzjonijiet bejn individwi b’tali mod li l-kredituri privati jkollhom jaċċettaw it-tnaqqis jew it-tmiem tad-djun dovuti lilhom minn debitur li jkun stabbilixxa ruħu barra mill-pajjiż?


Top