EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0710

Kawża C-710/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Diċembru 2017 – CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio

ĠU C 112, 26.3.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-18 ta’ Diċembru 2017 – CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa vs Comune di Tarvisio

(Kawża C-710/17)

(2018/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CCC – Consorzio Cooperative Costruzioni Soc. Cooperativa

Konvenut: Comune di Tarvisio

Domanda preliminari

Dispożizzjoni bħal dik fl-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tas-16 ta’ April 2006, li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ impriża li tagħmel użu minn disinjatur ta’ proġett “indikat” li, peress li ma huwiex offerent, ma jistax jinvoka l-kwalità ta’ terz (avvalimento), hija kompatibbli mal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/18/KE (1)?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


Top